Lokali

Zona industrijali f’San Ġwann tieħu n-nar – talba biex il-pubbliku jevita din iz-zona

Membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’operazzjoni delikata biex jikkontrollaw nirien li ħakmu zona industrija f’San Ġwann.

Ir-residenti kemm ta’ San Ġwann kif ukoll tas-Swatar huwa mitluba biex ma jiftħux it-twieqi u l-bibien, filwaqt li saret talba biex il-pubbliku jevita din iz-zona. Dan hekk kif il-fjammi huma perikolużi u jistgħu ikunu ta’ periklu għal min ikun espost għalihom.