Xufier ta’ karozza tal-Y-plates flimkien mal-passiġġier ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ fil-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00, fi Triq iż-Żejfa, meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn cab misjuqa minn raġel ta’ 58 sena minn San Pawl il-Baħar u karozza Izuzu misjuqa minn Raġel mir-Rabat.
Is-sewwieq tal-karozza ma sofra ebda ġrieħi, filwaqt li x-xuffier tal-cab ittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li sofra xi ġrieħi. Il-passiġier ukoll ittieħed l-Isptar Mater Dei għal vista pero kollox jindika li dan ma weġġgħax gravi.
Fil-post issejjaħ tim mediku tal-ambulanza, Uffiċjali tal-Pulizija u ta’ Transport Malta li kienu kostretti jagħlqu t-triq.
//= $special ?>

