In-numri ta’ persuni li huma soġġetti jew li huma pożittivi għall-HIV dejjem qed jiżdiedu.
U kien propju għalhekk li wara ħafna appelli minn numru ta’ NGOs u anke mill-Partit Nazzjonalista, il-Gvern se jkun qed jagħti din il-mediċina mingħajr ħlas – ġaladarba dawn ikollhom riċetta mingħand il-konsulenti li jaħdmu fil-GU Clinic f’Mater Dei.
Mil-lum, persuna li tfitiex l-ispeċjalisti dwar din il-mediċina, se tkun qed tiġi eżaminata u ġaladarba jidher li jkollha bżonn din it-tip ta’ mediċina għall-prevenzjoni tal-HIV, it-tobba tal-GU clinic se jkunu qed jagħmlu riċetta sabiex il-pazjent ikollu aċċess għal-PrEP.
Madanakollu, ir-riċetta għal din il-mediċina tista’ tingħata biss mingħand l-ispeċjalisti tal-GU Clinic.
Intant, il-Gvern se jkun anke qed joffri l-mediċina PEP – li tingħata lil pazjenti li jkunu diġà esposti għall-HIV, se tibda tingħata lil kull min jiġi espost mingħajr ħlas.
Dan għaliex, sal-lum, din il-mediċina kienet tingħata biss lill-ħaddiema tal-isptarijiet li jkunu esposti għall-HIV u lil dawk il-vittmi ta’ abbuż li seta’ jwassal sabiex ikunu esposti għall-HIV.
//= $special ?>

