Il-Qorti tal-Appell Kriminali laqgħet appell ta’ raġel li kien qed jiġi akkużat li ma kien hemm l-ebda theddid, ħebb jew li mmolesta lil martu. Għaqstant bidlet is-sentenza mogħtija milll-Qorti tal-Maġistrati li minn naħa tagħha kienet sabitu ħati u ordnatlu biex ma jimmolestax lil martu għal 12-il xahar taħt penali €2,000.
Madankollu, wara li ressaq appell, il-Qorti tal-Appell eżaminat mill-ġdid il-provi u sabet li l-evidenza ma kinitx biżżejjed biex issostni ħtija kriminali u għaldaqstant bidlet is-sentenza mogħtija mill-Ewwel Qorti li għalhekk ġiet imħassra u irrevokejata, u r-raġel residenti Ħ’Attard ġie dikjarat mhux ħati tal-akkużi miġjubinm kontrih u liberat minn kull ħtija u piena.
Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri, eżaminat il-provi bir-reqqa u sabet li l-verżjoni tal-mara ma kinitx korroborata b’xejn, u ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ ħebb jew theddid minn żewġha.
Il-Qorti osservat li suspett raġonevoli m’għandux jintuża biex jinħoloq grad ta’ prova li jirriżulta fi ħtija kriminali. Wara dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Appell qalet li l-Ewwel Qorti ma setgħetx raġonevolment tasal għall-konklużjoni ta’ ħtija.
Huwa kien qed jiġi akkużat talli fil-21 ta’ Frar 2025 għall-ħabta ta’ 11:55pm u fil-ħinijiet, ġranet ta’ qabel u ġewwa Ħ’Attard ħebb sabiex jinġurja, idejjaq jew jagħmel ħsara lil mara, li għamel inġurji jew theddid mhux imsemmijja band’oħra fil-Kodiċi Kriminali lil mara jew, jekk kien ipprovokat, inġurja b’mod li ħareġ barra mil-limiti tal-provokazzjoni.
//= $special ?>

