“L-Istat għandu jeżisti biex jaqdi liċ-ċittadin. Mhux biex jużah. Mhux biex jipproteġi lil ftit. Imma biex iservi lil,ħafna.”
Kien dan il-messaġġ li wassal, ir-Rapporteaur tal-Assemblea Reġjonali tar-4 reġjun, Jean Paul Barbara, meta ppreżenta rapport lill-Kunsill Ġenerali tal-PN.
Fejn tkellem dwar sfidi relatati mal-kwalità tal-ħajja, traffiku li qed jisraq il-ħin tan-nies, żvilupp bla kontroll, tħassib serju dwar l-ambjent, u pressjoni dejjem tikber fuq is-servizzi essenzjali.
Fid-diskors tiegħu Jean Paul Barbara, stqarr li l-Kunsillieri preżenti jemmnu li l-mozzjoni għandha twieġeb għal dawn ir-realtajiet. Mhux biss bi,kritika, imma b’viżjoni.
Kompla li l-kunsillieri jemmnu f’messaġġ politiku inklussiv li jirrikonoxxi s-sehem ta’ kulħadd fis-soċjetà tagħna.
Hawnhekk irrefera għall-bdiewa u s-sajjieda – u esprima solidarjetàgħall-ħsarat li sofrew fl-aħħar ġimgħat minħabba t-temp estrem.
Jean Paul Barbara saħaq li din il-mozzjoni tirrifletti wkoll l-għaqda fi ħdan il-PN. Turi Partit li jaħdem bħala tim, li jisma’ lill-komunitajiet u li jrid jibqa’ viċin tan-nies – illum u fil-futur.
Ir-rapporteur saħaq li bħala Kunsillieri tar-4 Reġjun, jemmnu li din il-mozzjoni hija “kontribuzzjoni konkreta għal politika nazzjonali li tpoġġi lill-bniedem, lill-komunità u lill-ambjent fiċ-ċentru”.
//= $special ?>

