F’ċeriminoja fil-preżenta tal-President Myriam Spiteri Debono, Charmaine Galea ħadet il-ġuramanet bħala Imħallef ġdid tal-Qrati Superjuri, filwaqt li Franca Giordimaina, Patrick Valentino u Claudio Zammit inħatru Maġistrati ġodda tal-Qorti Inferjuri.

Ritratt: Martin Agius



Waqt din iċ-ċerminoja il-President Debono, ferħitilhom ta’ din il-ħatra, fejn stqarret li dawn il-ħatriet iġibu magħhom piżijiet kbar li xi drabi jkunu ikbar mill-prestiġju. Hija saħqet li huma għandhom jixtarru sew il-ġurament tal-ħatra u jimxu miegħu waqt dmirijiethom. Filwaqt li tenniet il-ġuramnet tal-kostituzzjoni jfisser li huma saru servi tal-poplu.
Il-President Myriam Spiteri Debono fakret li l-Qorti huwa wieħed mill-pilastri importanti immens għad-demokrazzija.

Ftit mumenti wara l-ġuramenti, il-Maġistrat Claudio Zammit qal li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed issir evidenti li l-ġudikatrua għandha irwol importanti li jsawwar il-pajjiżna, hu wiegħed li se jkun qed jaħdem b’imparzjalità.
Patrick Valentino wiegħed li jaħdem b’devozzjoni u lealtà lejn il-ġuramnet filwaqt li Franca Giordmaina wegħdet li taħdem b’integrità, onestà, responsabbiltà u serjetà. Dan filwaqt li rringrazzjat lill-President Myriam Spiteri Debono u l-Prim Imħallef Mark Chetcuti.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard.
//= $special ?>
