Il-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela kkonferma l-istorja ta’ Net News – cioè, li l-prezzijiet tal-mediċini għolew b’mod sostanzjali.
Meta kien qed jindirizza konferenza dwar il-mediċini tal-HIV, dan l-istazzjon staqsa lill-Ministru Abela dwar il-prezzijiet tal-mediċini li splodew fl-aħħar ġimgħat.
Bil-Ministru Abela jiddikjara li l-lista ta’ mediċini li tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra tar-rappreżentanti titkellem fuq prezzijiet qabel it-tariffi imposti mill-Awtorità tal-Mediċini. Fi kliem sempliċi, iż-żieda eżatta ta’ kull prodott mhux qed tiġi miċħuda.
Madanakollu, il-Ministru pprova jinħeba wara l-fatt illi l-lista ta’ mediċini ma tinkludix biss mediċini – imma anke prodotti bħal Sudocream.
U meta din il-kamra tal-aħbarijiet elenkat il-mediċini mniżżla f’din il-lista, l-Ministru xorta waħda ħarab milli jwieġeb dwar il-prezzijiet.
Din il-lista telenka l-panadols, il-brufen, il-calpol, ir-rennies u prodotti oħrajn bħalma huma canestan cream, sudocream u anke l-ventolin. Madanakollu, minkejja dawn il-fatti, il-Ministru ħarab totalment milli jwieġeb.
Kien propju s-Shadow Minister Stephen Spiteri illi poġġa fuq il-mejda tal-kamra tar-rappreżentanti lista ta’ mediċini u prodotti ta’ bżonn li l-prezz tagħhom żied b’mod konsiderevoli.
U pronti, tas-Super One ittimbraw din l-aħbar bħala fake news.
Iżda issa, anke l-Ministru għamel u-turn. Tant li fl-ebda mument mhu jiċħad iż-żieda fil-prezzijiet tal-mediċini, u qed jikkontesta biss il-lista preżentata.
//= $special ?>

