Matul l-2024 l-istudenti ħallsu €1,929,056 f’taxxa fuq dħul li ġie ntaxxat bir-rati normali. Fis-sena ta’ qabel, fl-2023 ħallsu €1,782,098 f’taxxa u fl-2022 ħallsu €1,412,947 – total ta’ €5.124,101.
L-istudenti bi dħul li ġie ntaxxat bir-rata tal-part-time ħallsu €39,004 fl-2024; €49,351 fl-2023 u €28,301 fl-2022.
L-istudenti bi dħul li ġie ntaxxat bir-rata normali u kemm part-time ħallsu f’taxxa fl-2024 €509,529; fl-2023 €455,733 u fl-2022 €404,931.
Din l-informazzjoni dwar ammonti li ħallsu l-istudenti f’taxxa fis-snin indikati ngħatat fil-Parlament minn Clyde Caruana, Ministru għall-Finanzi; fuq mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.
//= $special ?>

