Lokali

“L-Organic hulled millet” tad-ditta NaturaSì m’għandux jiġi kkunsmat

Skont il-Kap 649 tal-Att dwar l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-Prodott m’għandux jiġu kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli eċċessivi ta’ Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).

Tropane alkaloids huma grupp ta’ sustanzi kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta’ ċertu pjanti. Il-konsum ta’ dawn il-kimiċi f’ammont eċċessiv jista jkun tossiku għall-bniedem u l-annimali.​

Deskrizzjoni tal-Prodott:“Organic hulled millet”(Miglio decorticato)
Ditta:NaturaSi`
Użin:500g
Lot No.:L 533451751
Data tad-durabilità:24/12/26

Il-konsumatur ma għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.​​

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30a.m. sas-2:30p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.