Lyon temmew fl-ewwel post hekk kif rebħu 4-2 ma’ PAOK u kisbu 21-il punt globali, b’seba rebħiet, u telfa. Huma kisbu l-istess ammont ta’ punti daqs Aston Villa, segwiti minn FC Midtjylland mid-Danimarka li spiċċaw b’19-il punt.
PAOK fetħu l-iskor wara 20 minuta minn Giorgos Giakoumatikis, biex kwarta wara l-Franċiżi jagħmlu l-iskor indaqs minn Remi Himbert.
Giannis Konstantellas intwera t-tieni karta saffra tiegħu fil-partita u tkeċċa.
Khalis Merah ta l-vantaġġ lil Lyon fil-55 minuta, biex Soualiho Meite reġa għamel l-iskor indaqs fis-67 minuta.
Adam Krabec falla l-penalty li seta jagħti r-rebħa lill-Villians kmieni fit-83 minuta, pero l-istess plejer ikkonkluda t-tieni tentattiv tiegħu biex sar l-eroj ta’ Lyon 5 minuti wara u skorja l-gowl tar-rebħa. Gomes Rodriguez kompla jżid mal-iskor fit-93 minuta.
Ludogorets Razgard wettqu sorpriża kbira hekk kif għelbu lil Nice 1-0 li temmew fit-33 post tal-klassifika. B’dan ir-riżultat il-Bulgari għaddew għall-fażi li jmiss tal-UEFA Europa League.
Il-gowl tar-rebħa jasal minn Petar Stanic fit-42 minuta minn assist ta’ Caio Vidal.
Il-partita l-iżjed mistennija tal-ġurnata, dik bejn Lille u Freiburg kienet l-iżjed waħda kwieta hekk kif intemmet 1-0. Lille skorjaw fit-92 minuta permezz tal-veteran Olivier Giroud wara li Maximillian Eggestein intwera l-karta ħamra fl-74 minuta. Dan ifisser li Freiburg waqgħu għas-seba’ post wara li qattgħu bosta ġimgħat jissieltu għat-tielet post.
Bologna rnexxielhom jiksbu rebħa importanti barra minn darhom pero xorta ma rnexxielhomx jitħlu mal-ewwel tmienja hekk kif għelbu lil Maccabi Tel Aviv 3-0. Gowls ta’ Jonathan Rowe fl-ewwel taqsima u ta’ Riccardo Orsolini fit-tieni taqsima.
Aston Villa rnexxielhom idawru l-iskor u jiksbu l-punti kollha kontra FC Salzburg, bl-iskor finali jkun 3-2. Karim Konate skorja l-ewwel gowl wara 33 minuta, biex Yeo irdoppja fit-tieni taqsima u Tommaso Pobega għalaq il-partita fl-94 minuta.
Morgan Rogers, Tyrone Mings u Jamaldeen Jimoh kienu l-iskorers tal-Villians
Nottingham Forest għaddew għall-play-offs hekk kif għelbu lil Ferencvaros 4-0. Auto-gowl ta’ Otvos u żewġ gowls ta’ Igor Jesus u gowl ta’ James McAtee taw ir-rebħa finali lit-Tricky Trees.
Roma wettqu miraklu u żammew posthom fit-top 8 hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1 ma’ Panathinaikos, bil-gowl jasal tal-Griegi wara t-tkeċċija tad-difensur Mancini wara kwarta logħob, bil-Griegi jiskorjaw permezz ta’ Taborda fit-58 minuta. Roma jagħmlu l-iskor indaqs b’gowl ta’ Ziolkowski fit-80 minuta.
Porto għaddew mal-ewwel tmienja ukoll meta għelbu lil Rangers 3-1. L-Iskoċċiżi ħasdu lill-Portugiżi b’gowl ta’ Gassana wara 6 minuti, pero gowls ta’ Rodrigo Mora, Franciso Moura u auto-gowl ta’ Fernandez taw ir-rebħa lil Porto.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
L-Erbgħa
Monaco v Juventus 0-0
Ajax v Olympiacos 1-2
Arsenal v Kairat A. 3-2
Athletic C v Sporting CP 2-3
A.Madrid v Bodoe/Glimt 1-2
Barcelona v Copenhagen 4-1
Bayer L. v Villarreal 3-0
Benfica v R.Madrid 4-2
Borussia D. v Inter 0-2
C.Brugge v Marseille 3-0
E.Frankfurt v T.Hotspur 0-2
Liverpool v Qarabag FK 6-0
Man.City v Galatasaray 2-0
Napoli v Chelsea 2-3
PSV v Bayern M. 1-2
Pafos v S.Prague 4-1
PSG v Newcastle U. 1-1
Union St. Gilloise v Atalanta 1-0
UEFA EUROPA LEAGUE
Illum
A.Villa v Salzburg 3-2
Basel v V.Plzen 0-1
Celtic v Ultrecht 4-2
Midtjylland v D.Zagreb 2-0
Porto v Rangers 3-1
FCSB v Fenerbahce 1-1
Crvena Zvezda v Celta Vigo 1-1
Genk v Malmo 2-1
Go Ahead Eagles v Braga 0-0
Lille v Freiburg 1-0
L.Razgard v Nice 1-0
Lyon v PAOK 4-2
Maccabi T.A v Bologna 0-3
Nottingham F. v Ferencvaros 4-0
Panathinaikos v Roma 1-1
R.Betis v Feyenoord 2-1
Strum Graz v Brann 1-0
Stuttgart v Y.Boys 3-2


