Transport Malta nediet fond ta’ €1 miljun għal min ġarrab ħsarat kawża tal-maltempata “Harry” u liema danni ma kienux mħarsa minn polza talassigurazzjoni.
Dan il-fond ser ikun qiegħed jassisti ħsarat li saru f’żoni kostali u / jew villaġġi affetwati minn ilmijiet li telgħu l-art minħabba l-maltemp kif ukoll żoni urbani u residenzjali li kellhom effetti jew ħsarat minħabba siġar u veġetazzjoni li waqgħet u għamlet ħsarat fuq vetturi, ħsarat strutturali, faċċati ta’ djar u servizzi oħra relatati mal-ħsarat ikkawżati mill-maltemp.
Kull persuna privata, kumpanija jew għaqda volontarja tista’ tapplika għal għotja ta’ darba li tammonta għal massimu ta’ €5,000 fuq kull claim.
Il-fondi msemmija ser joħorġu mill-Corporate Social Responsibility tal-istess Awtorità fejn fih jinġabru flus li jiġu minn multi.
//= $special ?>

