Partijiet sostanzjali ta’ San Pawl il-Baħar kienu bla ilma bejn l-24 u l-25 ta’ Diċembru, 2025. F’lejlet u nhar il-Milied. Kien hemm ħsara fuq il-mejn ewlieni li jissupplixxi Buġibba bis-servizz tal-ilma, u l-provvista kellha tingħalaq sakemm tissewwa din il-ħsara.
Dan kien ikkonfermat fil-Parlament minn Miriam Dalli, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika; fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet x’wassal biex partijiet sostanzjali ta’ San Pawl il-Baħar kienu bla ilma bejn l-24 u l-25 ta’ Diċembru, 2025.
Il-Ministru Dalli qalet ukoll li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni raw li din il-problema tiġi solvuta fl-iqsar żmien biex l-inkonvenjent kien mill-inqas possibbli.
//= $special ?>

