Lokali Parlament

QASMA FIL-GVERN: Il-Ministri jridu “diskussjonijiet kif suppost” dwar il-Bord tal-Paċi

Id-dikjarazzjoni li għamel Robert Abela fil-Parlament dwar il-famuż ‘Bord tal-Paċi’ ħolqot kaos sħiħ fil-Labour.

Huwa ċar li Robert Abela għadu ma ddiskutiex dan il-pass delikat għal pajjiżna; u din it-tema lanqas ġiet imressqa quddiem il-Kabinett. Fi kliem sempliċi, mexxa waħdu. Kif ikkonferma s-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea f’kummenti barra l-Parlament – fejn insista li huma bħala membri tal-Kabinett jistennew “diskussjonijiet kif suppost”.

Huwa evidenti li dan il-club internazzjonali li ħoloq Donald Trump ġab miegħu qasma fil-Grupp Parlamentari Laburista u l-Kabinett ta’ Abela.

Il-fatt li Robert Abela qed jikkunsidra l-istedina ta’ Donald Trump bla ma ħadd ma jaf x’inhuma l-kundizzjonijiet marbutin magħha, ġibdet kritika anke minn esponenti veterani tal-Labour – fosthom Evarist Bartolo, u l-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.

Anke Jason Micallef esprima t-tħassib tiegħu, filwaqt li l-Kunsill Studenti Universtirarji wissa’ lill-Gvern biex ma jmurx lejn dan il-pass.