Lokali

“Taċċettax l-istedina ta’ Trump” – Il-KNŻ lil Robert Abela

ll-kritika fil-konfront ta’ Robert Abela b’rabta mal-bord tal-paċi dejjem qed jiżdied.

U kien imiss issa propju lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ħarġu jopponu totalment il-fatt li Abela qed jikkunsidra li Malta tkun parti minn dan il-bord.

Il-Kunsill Nazzjonali spjega li l-interess għal Malta hija politika internazzjonali li tħares il-liġi internazzjonali u l-protezzjoni tad-drittijiet umani.

Fejn spjegaw li mekkaniżmi li huma lil hinn mill-framework tan-Nazzjonijiet Uniti, mingħajr bażi legali u mingħajr trasparenza u rappreżentazzjoni ta’ dawk affetwati bħalma hu dan il-bord, huma riskju għal aktar djufija fil-paċi internazzjonali.

Il-KNŻ spejgat, li l-inwkiet tagħha, huwa konsistenti mal-pożizzjoni li ħa s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u cioè li huma n-Nazzjonijiet Uniti biss li għandhom awtorità jaddottaw deċiżjonijiet dwar il-paċi internazzjonali.

Fejn huma appellaw, sabiex fi żmien fejn il-paċi internazzjonali mhux qed tiġi imħarsa, Malta ma għandiex tkun parti mid-degredazzjoni tac-charter tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-KNŻ spjegaw li Malta huwa pajjiż newtrali, u għaldaqstant huma dawn il-valuri li għandhom jigwidaw lill-Gvern fid-deċiżjonijiet tiegħu u mhux strutturi li ġew kreati għall-interessi ġeopolitiċi.

Għalhekk, il-Kunsill Nazzjonali appella sabiex il-Gvern Malta jirriġetta din l-istedina, jenfasizza l-commitment ta’ Malta lejn in-Nazzjonijiet Uniti, l-liġi internazzjonali u anke d-drittijiet umani.

Dan filwaqt li anke appella lill-Gvern sabiex iħares id-drittijiet tal-Palestinjani, li jkunu ħielsa.