Il-President Amerikan Donald Trump, qal li se jagħmel “dak kollu li hemm bżonn” biex jindirizza s-sitwazzjoni f’Minneapolis – fejn bħalissa hemm tensjonijiet marbuta mal-infurzar tal-immigrazzjoni.
Mistoqsi mill-ġurnalisti jekk l-aġenti federali kinux se jitilqu minn Minesota, Trump ma ta l-ebda risposta ċara … iżda qal li l-gvern se jaġixxi b’mod korrett. Huwa qal ukoll li t-taħditiet bejn il-kap tal-fruntiera tiegħu, Tom Homan, u l-uffiċjali lokali kienu qed imorru tajjeb.
Il-President Amerikan, neħħa lill-border patrol commander, Gregory Bovino mill-istat u poġġa lil Homan minfloku. Homan issa se jmexxi l-operazzjonijiet ta’ infurzar tal-immigrazzjoni f’Minnesota.
//= $special ?>

