Lokali

Żewġ persuni allegatament weġġgħu ħafif wara li waqa’ s-suffett tal-kamra tal-instructors ta’ Transport Malta fil-Floriana

Żewġ persuni allegatament weġġgħu ħafif wara li ġġarraf is-suffett tal-kamra li fiha jistkennu l-instructors ta’ Transport Malta, fil-Floriana.

Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalululna li wara dan l-inċident il-kamra ingħalqet minn persuni li jaħdmu bħala security.

B’dawn l-istess persuni li tkellmu magħna jgħidulna li din mhux l-ewwel darba li l-instructors ma setgħux jaċċessaw din il-kamra jew minħabba ħsarat jew minħabba xi ġrieden.

U għalhekk dawk l-instructors li jkunu qed jistennew lil xi persuna biex tagħmel l-eżami tas-sewqan qed ikollhom jistennew barra esposti għal elementi tat-temp.

Jidher li waħda mill-persuni li weġġgħet hija mara Maltija li taħdem bħala instructor.