Lokali Parlament

135 każ ta’ kanċer miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iskrining

Kienu dijanjostikat miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Iskrining 135 każ ta’ kanċer, filwaqt li 1,335 individwi oħra kellhom bżonn investigazzjonijiet u trattament addizzjonali wara l-identifikazzjoni bikrija.

Fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Jo Etienne Abela qal ukoll li fl-2025, fl-erba’ programmi ta’ skrining, total ta’ 53,000 individwu ġew skrinjati. Minn dawn, 2,000 persuna ġew mgħajta għal valutazzjoni ulterjuri.