Il-Pulizija intervjeniet 14-il darba kawża ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel matul l-2025, is-sena l-oħra. Fl-2024 intervjeniet 18-il darba; fl-2023 il-Pulizija intervjeniet tmien darbiet u fl-2022 10 darbiet.
Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet fil-Parlament lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm-il darba kellha tintervjeni l-Pulizija minħabba rapporti ta’ ġlied bejn studenti fl-iskejjel rispettivi tagħhom matul l-2021, 2022, 2023, 2024 u 2025,maqsuma sena b’sena.
Il-Ministru Byron Camilleri poġġa din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.
Jirriżulta li s-sena li għaddiet il-Pulizija kellha każ fl-Iskola Sekondarja tal-Verdala f’Bormla, każ fil-Middle School San Benedittu f’Ħal Kirkop; żewġ każi fl-Iskola Marija Regina Lilly of the Valley fil-Mosta; żewġ każi fl-Iskola Marija Regina fiż-Zokrija; każ f’St Thomas More fiż-Zejtun; każ f’St Clara College f”Pembroke; każ f’St Nicholas Sec College f”Ħad-Dingli; tliet każi f’St. Claire’s College, f’Pembroke; każ fil-Verdala Interational School f’Pembroke; u każ fin-National Sports School f’Pembroke.
Jirriżulta wkoll li l-akbar ammonti f’sena kienu fl-2024 fl-Iskola Sekondarja San Benedittu, Ħal Kirkop, meta kienu rappurtaati ħames każi.


