Lokali

Tappella għall-ġenerożità tal-pubbliku biex seħibha jkun jista’ jingħata difna xierqa fil-Kolombja

Daniela Caceres, żagħżugħa Kolombjana li għandha 25 sena, qed tiġbor flus biex tieħu l-katavru tas-sieħeb tagħha lura lejn il-Kolombja wara li miet bil-kanċer f’Malta.

Arturo Acevedo, li kellu biss 28 sena miet fl-isptar Mater Dei, 15-il jum wara li nstab li kellu l-marda tal-lewkemja.

Qabel ma marad, il-koppja li għexet u ħadmet f’Malta għal numru ta’ snin kienet qed tippjana li tivvjaġġa għal vaganza lejn Pariġi għall-Milied – fejn hemmhekk Arturo kien qed jippjana li jipproponilha – tant li kien diġà xtar ċ-ċurkett.

Daniela fetħet paġna ta’ fundrasing online sabiex il-fdalijiet tiegħu ikunu jistgħu jiġu rritornati lura l-Kolombja għal tislima xierqa. It-tir huwa li jnġabru 6,000 ewro. S’issa nġabru madwar €5,000