Sport

Adidas Eurosport TERREX Trail Running

Ingħata bidu għall-Adidas Eurosport TERREX Trail Running bl-ewwel kompetizzjoni f’Wied Qirda, li kien bidu eċċitanti u għall-staġun ġdid ta’ trail running.

Organizzata f’wieħed mill-aktar widien naturali u pittoreski ta’ Malta, l-ewwel kompetizzjoni f’Wied Qirda offriet esperjenza tassew differenti minn terren tekniku, tlugħ wieqaf, u tnaqqis mgħaġġel, kollha mmarkati minn veduti mill-isbaħ li wrew is-sbuħija ta’ kompetizzjoni trail.

Fil-Kategorija tal-irġiel fl-ewwel post temm Luigi Grech f’ 25 minuta 42 sekondi segwit minn Ryan Saliba Gazzano b’27 minuta u 16-il sekondi. Fit-tielet post daħal Darren Sultana f’27 minuta u 25 sekonda.

Fil-kategorija tan-nisa fl-ewwel post daħlet Rosalie Borg Cauchi f’31 minuta u 25 sekonda b’distakk ta’ minuta fuq Candice Noally filwaqt li fit-tielet post daħlet Tara Abdilla fi 32 minuta u 53 sekonda.