Raġel ta’ 82 sena residenti, Ħaż-Żabbar, weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 70 sena li jgħix il-Fgura.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-07:00 am, fi Triq ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

