Internazzjonali

Brian May jgħid li l-Amerika “perikoluża wisq”

Il-kitarrist ewlieni tal-grupp mużikali Queen, Brian May, ħabbar li – għalissa – il-grupp mhux se jkun qed jagħmel tours fl-Istati Uniti minħabba li l-Amerika bħalissa hi “post perikoluż”.

Brian May qal li waqt li huma jħobbu l-Amerika, il-pajjiż inbidel ħafna miż-żminijiet meta Queen kienu jduru l-Amerika fis-sebgħinijiet. L-aħħar darba li Brian May u sħabu daqq fl-Istati Uniti kien f’Coachella tas-sena li għaddiet fejn kanta l-kanzunetta ‘Bohemian Rhapsody’.

“Kulħadd qed jaħsibha darbtejn biex imur hemm bħalissa”, stqarr May – b’referenza għar-ripressjoni mill-aġenti tal-ICE fl-Istati Uniti.

Waqt li May għadu attiv fix-xena mużikali, ma jidhirx li hemm pjan li jirritorna lura l-Istati Uniti fil-futur qrib.