Il-Prim Ministru Britanniku, Keir Starmer, illum ħabbar li ċ-Ċina neħħiet is-sanzjonijiet li kellha l-Ingilterra fil-konfront ta’ seba’ membri tal-Parlament Brittaniku. Keir Starmer jinsab f’Beijing fejn qiegħed fuq żjara uffiċjali bl-għan li jsaħħaħ ir-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u ċ-Ċina.
Dawn is-sanzjonijiet kienu mposti fl-2021 minħabba li ħames membri tal-House of Commons u żewġ membri tal-House of Lords sostnew illi ċ-Ċina kienet qed tipprattika ġenoċidju kontra l-grupp etniku minoritarju Uyghur. Fost is-sanzjonijiet kienu inklużi il-projbizzjoni tal-ivjaġġar tagħhom lejn iċ-Ċina u n-negozzju tagħhom ma’ individwi u kumpaniji Ċiniżi.
B’risposta għall-aħbar tal-Prim Ministru Starmer, is-seba’ membri tal-Parlament Britanniku ppubblikaw stqarrijiet konġunti fejn qalu li jippreferu jibqgħu taħt sanzjoni milli jintużaw bħala bargaining chip biex jitneħħew sanzjonijiet Britanniċi kontra uffiċjali Ċiniżi. Żiedu li sanzjonijiet tneħħew biss minn fuq membri tal-Parlament li għadhom f’uffiċju elett, u li ma jafux jekk is-sanzjonijiet għadhomx imposti fuq il-maħbubin tagħhom.
Repreżentanti tal-gvern Britanniku ċċaraw li l-ebda sanzjoni fil-konfront ta’ uffiċjali Ċiniżi m’hi se titneħħa għalissa.
Iċ-Ċina tneħħi s-sanzjonijiet li kellha fil-konfront ta’ seba’ membri tal-Parlament Britanniku


