110 snin.
Daqshekk għandha żmien l-aktar mara anzjana f’Malta.
Grace Gatt twieldet fit-30 ta’ Jannar tal-1916 u hija n-neputija tal-ewwel Prim Ministru ta’ Malta, Joseph Howard – li serva mill-1921 sal-1923. Huwa kien senatur għall-Unjoni Politika Maltija, u kien serva bħala l-ewwel Prim Ministru fl-era ta’ qabel l-Indipendenza.

Il-Ġimgħa filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, żar id-dar tal-anzjani, The Imperial f’Tas-Sliema fejn iltaqa’ ma’ Grace Gatt.
Preżenti kien hemm it-tifel tagħha, Edgar u martu Diana, flimkien maż-żewġ neputijiet tagħha, Michael u Edward Gatt.
Grace Gatt kienet miżżewġa lil Effie Gatt, li fis-snin sittin kien is-segretarju privat ta’ Ġorġ Borg Olivier. Żmien li fih Malta kienet qed tinnegozja u kisbet l-Indipendenza mir-Renju Unit.
Ommha, Adelina Mercieca, twieldet f’Għawdex u hija oħt Arturo Mercieca li kien Prim Imħallef u anke awtur.

Għal din iż-żjara, Alex Borg ġie milqugħ mis-Sid u u l-managing director ta’ The Imperial – Edward Vella u Sarah Cassar. Il-Kap tal-PN kien akkumpanjat minn Sarah u mix-Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva, Paula Mifsud Bonnici.
//= $special ?>




