F’konferenza tal-aħbarijiet fi Kiev, il-President Ukren Volodymyr Zelensky stqarr li l-Ukraina se tkun “teknikament” lesta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea sal-2027. Hu ddikjara dan peress li sa tmiem din is-sena l-Ukrajna hija ppjanata li timplementa r-rekwiżiti sabiex tkun lesta għas-sħubija.
Il-proċess għas-sħubija fl-UE jeħtieġ qbil unanimu bejn l-istati membri kollha.
F’dawn l-aħħar ġimgħat, l-Ungerija saħħet il-pożizzjoni tagħha kontra s-sħubija tal-Ukrajna fl-UE minħabba l-kwistjoni tal-protezzjoni tal-bdiewa Ungeriżi kontra d-dħul eventwali tal-Ukreni fis-suq tal-UE.
Il-Kummissarju Ewropea għat-Tkabbir Marta Kos wissiet li waqt li hemm rieda politika fost il-maġġoranza tal-istati membri għas-sħubija tal-Ukrajna, hemm xi kwistjonijiet fundamentali li jistgħu jtawwlu l-proċess.


