Internazzjonali

Il-Prim Ministru Britanniku Keir Starmer jgħid li ċ-Ċina ma tistax tiġi injorata

Waqt iż-żjara fiċ-Ċina, il-Prim Ministru Britaniku Keir Starmer qal li ċ-Ċina ma tistax tiġi injorata peress li għandha saħħa ekonomika qawwija. Hu stqarr li qbil kummerċjali maċ-Ċina jkun ta’ benefiċċju għar-Renju Unit wara li l-President Amerikan Donald Trump wissa li ċ-Ċina hija “perikoluża ħafna”.

Il-kummenti ta’ Trump waslu wara li Starmer iddikkjara li r-relazzjoni tar-Renju Unit maċ-Ċina kienet “b’saħħitha”.

S’issa, tul iż-żjara tiegħu f’Beijing, il-Prim Ministru Ingliż laħaq ftehim maċ-Ċina għal vjaġġi mingħajr visas bejn iż-żewġ pajjiżi u tariffi iktar baxxi fuq il-whisky.

Il-Ministru Ingliż għan-negozju u l-kummerċ iddikjara b’mod ċar li “li tinjora liċ-Ċina jkun banali”.

Iż-żjara ta’ Starmer, intant, hija l-ewwel waħda ta’ Prim Ministru Britanniku fi tmien snin, u hija mistennija li tintemm fil-jiem li ġejjin biż-żewġ pajjiżi jaqblu fuq termini ta’ benefiċċju reċiproku.