Raġel ta’ 44 sena minn Bormla mixli li sawwat mara u li ħebb għall-Pulizija u li ta daqqa ta’ ras lil wieħed minnhom fit-23 ta’ Jannar li għadda ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ 3,000 ewro u garanzija personali ta’ 5,000 ewro. Huwa qed jiġi mixli wkoll li offenda lill-pulizija u heddidhom li joqtolohom.
Kollox allegatament beda meta Steve Magro daħal ġewwa ħanut tat- ‘take away’ u ordna chicken. Il-kaxxier tagħtu l-ikel li milli jidher kien bla gravy. L-akkużat kien xurban u sabbat l-ikel ma’ l-art u wara ħareġ ir-raġel tal-kaxxiera ta’ nazzjonalità Indjana, u tah daqtejn.
Ftit tal-ħin wara marru l-Pulizija biex jarrestaw lil Magro u waqt li kien immanettjat ta daqqa ta’ ras lill-Pulizija fl-Għassa. Huwa qed jiġi mixli li nhar il-Ġimgħa li għaddiet u li ħebb għal Kuntistabbli Melvin Cutajar, liema ġrieħi huma ta’ natura gravi. Ġid mixli wkoll li hedded lill-Pulizija.
Ġie mixli wkoll li rreżista bi vjolenza lill-istess kuntistabbli tal-Pulzija, persuna nkarigata skont il-liġi. Huwa qed jiġi mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq persuna ta’ nazzjonalità Indjana. Minbarra d-depożitu u l-garanzija personali Magro ġie ordnat jiffirma kuljum fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Bormla.
Għall-akkużat qed jidher l-Avukat Nicholas Mifsud. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Avukat Giulia Bartolo mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Karen-Carmen Cassar.
//= $special ?>

