Sport

Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker

Joseph Casha, sabiex avvanza għal din il-fażi kellu jilgħab logħba preliminari li rebaħ kontra s-Serb, Vasilije Pešić, 4-0 bil-punteġġi tal-frames ikunu: 48-16, 64-55, 62-9, 76-26.

Fir-rawnd tal-aħħar 64, kemm Chris Peplow u Joseph Casha ġew f’polza kontra plejers Ingliżi. Peplow kontra Luke Pinches li, bħal Casha, kellu jilgħab rawnd preliminari aktar kmieni u Casha kontra l-eks plejer professjonali, Stuart Carrington.

Iż-żewġ plejers Maltin tilfu bi skor identiku ta’ 4-0. Peplow kontra Pinches tilef, filwaqt li Casha tilef kontra Carrington .

Din l-edizzjoni issa tiġi fi tmiemha bil-finali nhar il-Ħadd li ġej, l-1 ta’ Frar.