Lokali Parlament

L-Oppożizjoni titlob passi biex il-kuntrattur responsabbli mill-bollards fit-toroq jieħu ħsieb ukoll il-manutenzjoni

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi se jieħu konjizzjoni tal-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa biex jittieħdu passi biex il-kuntrattur responsabbli mill-bollards fit-toroq tal-pajjiż jieħu ħsieb il-manutenzjoni tagħhom biex jiżgura li dawn il-bollards huma fi stat tajjeb u li qegħdin jilħqu l-għan tagħhom..

Il-mistoqsija parlamentari saret lill-Ministru Chris Bonett.