Il-Ġimgħa waranofsinhar, saru magħrufa l-konfronti tal-knockout phase tal-play-offs tal-UEFA Champions League, li se jiddeterminaw min se jkunu l-aħħar tmien timijiet li jikkwalifikaw għar-Round tas-16.
Fost l-aktar logħbiet li jispikkaw hemm id-derby Franċiża bejn Monaco u Paris Saint-Germain, filwaqt li Benfica u Real Madrid se jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin,wara l-konfront drammatiku tagħhom fil-fażi tal-kampjonat.
Il-logħob huma dawn:
-Galatasary kontra Juventus,
-Monaco kontra Paris Saint Germain
-Benfica kontra Real Madrid
-Borussia Dortmund kontra Atalanta
-Qarabag kontra Newcastle United,
-Bodo/Glimt kontra Inter
-Club Brugge kontra Atletico Madrid
-Olympiacos kontra Bayer Leverkusen,
L-ewwel leg tal-playoffs sejintlagħbu fis-17 u 18 ta’ Frar li ġej, filwaqt li t-tieni leg se jintlagħbu fl-24 u 25 ta’ Frar li ġej.
Intant, Arsenal flimkien mat-timijiet ta’ Barcelona, Bayern Munich, Chelsea, Liverpool,Manchester City, Sporting CP u kif ukoll Tottenham irnexxielhom jikkwalifikaw awtomatikament għar-Round tas-16.


