Lokali

RITRATT: Il-maltemp ikisser il-pont tax-Chalet

Il-maltemp tal-ġimgħa li għaddiet ħalla ħerba sħiħa f’diversi zoni. U l-aktar partijiet affettwati kienu zoni tul il-kosta tal-Lvant – minn San Pawl il-Baħar sa Wied il-Għajn.

Dan ir-riħ qawwi u l-mewġ għoli spiċċa kisser anke l-pont tax-Chalet f’Tas-Sliema.

Ritratti li waslu għand Net News juru l-istat li spiċċa fih ix-Chalet.

Fl-aħħar jiem, il-ħaddiema tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ħadmu bla waqfien biex naddfu t-toroq u assiguraw li fl-aktar zoni milquta jitneħħa kull periklu.