Wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg saħaq li 24 siegħa wara li talab lil Robert Abela, dan tal-aħħar baqa’ ma weġbux…il-Prim Ministru ċaħad li qatt kien hemm xi ftehim bejnu u bejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li l-Gvern ma kienx se jiddikjara l-isem tan-nominat tiegħu għall-kariga ta’ President tal-Qorti.
Ironikament fl-ittra uffiċjali tal-Prim Ministru, skont Robert Abela, kien il-Kap tal-Partit Nazzjonalista li kiser il-kunfidenzjalità għax kixef dak li allegatament qallu Abela fil-privat. Madanakollu l-istess Abela qed jgħid li dan ma ingħadx.
Madanakollu fl-istess waqt li qal li lest biex ikompli jiddiskuti l-ħatra ta’ Prim Imħallef, wera fi kliem sempliċi li huwa deċiż li jkompli bl-isem tal-Imħallef Consuelo Scerri Herrera biex tkun is-suċċessur ta’ Mark Chetcuti bħala Prim’Imħallef, diskors li totalment jikser l-ispirtu ta’ djalogu hekk kif effettivament ma jridx jiddiskuti imma jrid jimponi.
//= $special ?>
