Il-Ġimgħa waranofsinhar Sarah Bajada ppreżentat lil Caritas Malta s-somma sabiħa ta’ elf ewro.
Din kienet parti mis-somma li nġabret matul l-attivita li organizzat Sarah Bajada stess lura f’Diċembru bl-isem “Dawl fis-Skiet”.
F’San Blas, hijaltaqgħet mat-tmexxija ta’ Caritas Malta, fejn apparti li tagħthom id-donazzjoni, ilkoll iddiskutew numru ta’ suġġetti relatati ma’ sfidi soċjali fosthom – il-vizzju tad-droga u l-impatt negattiv tagħha fuq l-individwu u s-soċjeta, l-importanza tad-dixxiplina fit-trobbija tal-ulied, is-saħħa mentali, kif ukoll l-għoli tal-ħajja fost oħrajn.
F’kummenti lil NET News, spjegat, ir-raġuni ewlenija għalfejn din id-donazzjoni ġie mogħtija propju lil Caritas Malta.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta’ Caritas Malta, Anthony Gatt esprima l-gratitudni tiegħu u rringrazzja lil Partit Nazzjonalista għal din id-donazzjoni mill-isbaħ.
Għal din il-laqgħa, Sarah Bajada, kienet akkumpanjata mit-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Victoria Perici Calascione.
//= $special ?>

