Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista issokta bit-taħdidiet importanti f’Zagreb mal-mexxejja tal-Partit Popolari Ewropew hekk kif il-laqgħat bejn il-mexxejja daħlu fit-tieni jum tagħhom.
Madanakollu, tard ilbieraħ filgħaxija, Alex Borg kellu anke l-ewwel laqgħa bilaterali mal-Kanċillier Ġermaniż Fredrich Merz fejn iddiskutew ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Ġermanja li hija waħda eċċellenti.
Hekk kif il-Kanċillier Ġermaniż kien anke interessat jisma’ dwar il-qagħda politika f’pajjiżna fejn anke kienu diskussi s-servizzi finanzjarji u s-settur tal-farmaċewtika.

Il-laqgħat mistennija jkomplu matul il-ġurnata tas-Sibt.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg huwa akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea illi minn naħa tiegħu attenda għal-laqgħa tal-Advisors li fiha anke kienu preżenti advisors tal-mexxejja Ewropej fosthom tal-President Ursula Von Der Leyen u anke tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.




