Lokali

Anzjan ta’ 74 sena weġġa’ gravi f’inċident bejn żewġ vetturi

Raġel ta’ 74 sena weġġa’ gravi warli kien involut f’inċident bejn żewġ vetturi f’Birkirkara.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tal-10:30 fi Triq Dun Karm, Birkirkara seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 74 sena residenti Ħal Qormi u Mercedes Benz Sprinter misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti l-Kalkara. Fit-Toyota, kien hekk ukoll raġel ta’ 51 sena li jgħix Ħaż-Żebbuġ.

Ritratt: Catriel Farrugia

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel ta’ 74 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.