F’Elland Road Arsenal reġgħu fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti f’ras il-klassifika wara rebħa ta’ 4-0 fuq Leeds United. B’hekk Arsenal irreaġixxew għat-telfa xejn mistennija kontra Manchester United il-ġimgħa l-oħra. Il-Gunners fetħu l-iskor wara 27 minuta meta Noni Madueke għadda tajjeb mil-lemin, tefa’ cross li sab lil Martin Zubimendi li bir-ras xeħet fix-xibka għal 1-0. Arsenal iduppjaw fit-38 minuta meta kine Karl Darlow li minn corner ta’ Noni Madueke xeħet fix-xibka tiegħu stess. It-tielet gowl għal Arsenal wasal fid-69 minuta meta minn cross ta’ Gabriel Martinelli kien Vicor Gyokeres li sab ix-xibka, bis-sostitut Gabriel Jesus jagħmlihom 4-0 fis-86 minuta.
Fi Stamford Bridge Chelsea wettqu rimonta kontra West Ham fir-rebħa 3-2. West Ham ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’gowls ta’ Jared Bowen wara 7 minuti u Crysencio Sommerville fit-38 minuta. Fis-57 minuta Chelsea naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Joao Pedro qabel fis-70 minuta kien Marc Cucurella, li approfitta minn ballun fil-kaxxa u bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-2. Biex fit-92 minuta kien Enzo Fernandez li daħal tajjeb fil-kaxxa u b’xutt tajjeb għeleb lil Areola għal 3-2.
Riżultati: Brighton v Everton 1-1, Leeds v Arsenal 0-4, Wolves v Bournemouth 0-2, Chelsea v West Ham 3-2, Liverpool v Newcastle tard.
//= $special ?>

