Sport Sport Ieħor

Elena Rybakina tirbaħ l-ewwel Open tal-Awstralja

Elena Rybakina rebħet l-ewwel Open tal-Awstralja tal-karriera tagħha meta fil-finali għelbet lil Aryna Sabalenka b’rimonta fit-tielet set.

Il-ħames seed kienet 3-0 minn taħt fl-aħħar set, b’Sabalenka kienet fi triqitha li tirbaħ il-ħames unur maġġuri tal-karriera tagħha.

Minkejja dan Rybakina rebħet ħames logħbiet infila biex għelbet lil Sabalenka 6-4 4-6 6-4 u pattiet għat-telfa li sofriet fl-istess Open kontra l-istess avversarju, fl-2023.

Għal Sabalenka din kienet it-tielet telfa fl-aħħar erba’ finali fi Grand Slams, wara telfiet fl-Open tal-Awstralja u fl-Open ta’ Franza fl-2025.