Fl-aħħar ħin xi persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fil-Bypass ta’ Birkirkara.
Xhieda mill-post spjega lil NetNews illi għaddejja operazzjoni sabiex persuna tinħareġ mill-karozza tagħha u tittieħed l-Isptar Mater Dei.
Skont kelliem għall-Pulizija jidher li dan l-inċident seħħ propju fil-11:15 ta’ filgħodu.
Sa issa mhux ċar kemm il-persuna ttieħdet l-Isptar, iżda persuna qed tingħata l-għajnuna fil-post.
Aktar dettalji malli jaslulna.
//= $special ?>

