“I have a dream”
Dan huwa t-titlu tal-isoiree li qed jittella’ mill-istudenti ta’ Giovanni Curmi Higher Secondary għal din is-sena bl-ispettaklu huwa bbażat fuq il-musical tant popolari ‘Mamma Mia.’

B’differenza minn Mamma Mia dan l-ispettaklu għandu wkoll laqta lokali għaliex l-istorja hija bbażata f’Għawdex bl-attriċi prinċipali tirrealiża lejliet it-tieġ li tixtieq lil missierha preżenti iżda sfortunatament hija ma tafx l-identità ta’ missierha.
L-istorja tinkludi elementi ta’ mħabba, vjaġġ ta’ identità kif ukoll mumenti tad-daħq li żgur se jżommu l-udjenza fuq ponot subgħajha.

Għaldaqstant, Net News kien preżenti waqt l-aħħar provi li kienu ilhom għaddejjin għal numru ta’ ġimgħat b’żewġ studenti spjegawlna l-preparamenti meħtieġa sabiex tittella produzzjoni bħal din.
Student ieħor tkellem magħna fuq in-numru ta’ elementi li tinkludi din il-produzzjoni.
Intant, din il-produzzjoni qed titmexxa mid-Direttur tal-isoiree Stefan Caruana bl-aħħar serata se tkun il-Ħadd fl-4:00 ta’ waranofsinhar.




