L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni qed tappella lill-kuntratturi, żviluppaturi, managers tas-siti u l-operaturi fis-settur tal-kostruzzjoni bl-obbligu tagħhom li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-propojetajiet tat-terzi.
Wara t-twissija safra maħruġa mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili aktar kmieni llum, l-BCA qed titlob lil dawn sabiex ineħħu materjal, tagħmir, partijiet ta’ scaffolding u strutturi temporanji li jistgħu jinġarru mar-riħ, jiżguraw li cranes, ikunu temporanji siguri, jevalwaw kontinwament il-kundizzjonijiet tas-sit u jiżguraw ukoll superviżjoni adegwata u konformità mar-rekwiżiti.
Il-BCA se tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni u għaldaqstant qed twissi li l-Ħadd mhu permess l-ebda xogħol ta’ kostruzzjoni, iżda jista’ jsir xogħol ta’ emerġenza biss biex jitneħħa xi periklu.
//= $special ?>

