Kunsill ieħor mifni bi ġlied
Kien il-Kunsillier tal-Marsa Dominic Spencer li kixef aktar ġlied fi ħdan il-Labour wara li b’mod pubbbliku ddikjara li l-aħħar stqarrija li ħareġ il-Kunsill tal-Marsa kienet gidba mill-bidu sal-aħħar.
Spencer spjega li hu ilu 23 sena responsabbli mill-attivitajiet li jsiru mill-Kunsill, però din is-sena għall-Jum il-Lokalità s-Sindku ddelga lis-Segretarju Eżekuttix biex l-attività tiġi organizzatta mill-amministrazzjoni u hu ma kienx ikkonsultat bl-ebda mod.
Fuq facebook huwa kiteb u ddiskriva l-ħidma li għamel għall-karnival tal-Marsa, ħidma li tibda minn sena qabel u saħaq li l-permessi meħtieġa, ir-risk assessment u l-polza tal-assigurazzjoni kienu lesti.
Kienu diga’ saru diskussjonijiet mal-Pulizija, ma’ Lesa u ma’ Transprt Malta rigward il-pjan tal-immaniġġjar tat-traffku u kien sar kuntatt mal-għaqdiet u l-istakeholders kollha involuti fil-pjan tal-attività.
Però għal xi raġunijiet li hu ma għandu l-ebda dubju dwarhom il-Kunsill tal-Marsa ddeċieda li ma jorganizzax il-Karnival tal-Marsa.
//= $special ?>

