Mama ħsibt li kien fadlilna iktar ħin, xtaqt iktar. Xtaqt li npoġġi ħdejk, kelli ħafna iżjed x’ngħidlek, inħobbok, narak aktar tard.
Kien dan il-mesaġġ li qasam Macauley Culkin lil Catherine O’Hara ftit tal mumenti wara li ħarġet l-aħbar li din kienet mietet. Culkin u O’Hara kienu ħadmu flimkien żewġ films ikoniċi tal-Millied, Home Alone 1 u 2. Fejn dawn kienu baqgħu ferm qrib ta’ xulxin tant li sentejn ilu kienet maret tagħtih l-appoġġ tagħha meta dan ingħata stilla fil-Holywood Walk of Fame.
Bosta kollegi ddiskrivewa bħala persuna, artista u kollega tal-ġenn, bil-Prim Ministru Mark Carney jgħid li l-Kanada tilfet leġġenda.
Dan Levy li wkoll interpreta l-parti tat-tifel tagħha fis-serje Schitt’s Creek sellem il-memorja tagħha u stqarr kemm kien ta’ unur għalih li jaħdem daqsekk mill-qrib magħha. Dan filwaqt li spjega li hi għalih kienet qisha familja minn qabel bdew jaħdmu flimkien fuq dan is-sitcom hekk kif għal 50 sena hija kkolaborat ma’ missieru Eugene Levy.
Catherine O’Hara mietet fl-eta ta’ 71 sena u r-raġuni tal-mewt tagħha ma ingħatatx.
Hija kienet baqgħet fix-xena sal-aħħar, bl-irwol tagħa fis-serje The Last of Us u The Studio, b’Pedro Pascal u Seth Rogen t-tnejn jagħmlu referenza għall-enerġija pożittiva li kienet titrasmetti.
Apprarti l-irwoli ikoniċi tagħha f’Home Alone u Schitts Creek, O’Hara tibqa’ magħrufa wkoll għal karattru tagħha Delia f’Beetlejuice lura dl-1988.
Clip Beetlejiuce Beetlejiuce
Id-dirttur Tim Burton li kien id-direttur ta’ dan il-film ikoniku qasam ritratt mehuħ waqt il-filming tat-tieni film ta’ Beetljiuce li bħal ħafna oħrajn għamel referenza għad-dawl li din kienet taqsam ma’ dawk kollha li kienu jkunu qrib tagħha. O’Hara ħademt ma’ Tim Burton ukoll f’ The Nightmare Before Christmas u Frankenweenie.
Hija ħadmet mill-qrib ukoll mad-direttur u kittieb Christopher Guest fosthom f’Waiting for Gufman, Best in Show, A Mighty Wind, u For Your Consideration, b’dan id-drettur jgħid li jinsab devastat bit-telfa ta’ waħda miill’ ġganti komiċi.
Intant, Catherine O’Hara kienet nomminata għal xejn inqas minn 56 unur li minnhom rebħet 38.
//= $special ?>

