Fi Stadio Armando Maradona Napoli kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq Fiorentina biex żammew il-pass ma’ Milan li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika. B’din ir-rebħa Napoli jinsabu fit-tielet post b’46 punt. Huma fetħu l-iskor fil-11-il minuta b’gowl taż-żagħżugħ Antonio Vergara. Napoli rduppjaw fid-49 minuta minn gowl ta’ Miguel Gutierrez, Fiorentina naqqsu d-distakk b’gowl ta’ Manor Salomon fis-57 minuta.
Riżultati: Pisa v Sassuolo 1-3, Napoli v Fiorentina 2-1, Cagliari v H.Verona tard.
//= $special ?>

