Lokali

Nepaliż qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn vettura f’Santa Venera

Raġel min-Nepal qed jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn vettura fi Triq il-Kappillan Mifsud, Santa Venera.

Kienu għall-ħabta tal-5 ta’ filgħodu, meta raġel ta’ 43 sena residenti l-Imsida ttajjar minn Vettura tal-għamla Chevrolet Spark misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti l-Ħamrun.

In-Nepaliż ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ttieħed l-Isptar b’ambulanza fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.