Lokali

Robert Abela jibqa’ jwebbes rasu bl-isem li jrid hu għal Prim Imħallef

F’ittra mibgħuta tard is-Sibt filgħaxija mill-Prim Ministru Robert Abela lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Alex Borg, Abela baqa’ jwebbes rasu bl-isem li jrid hu għal Prim Imħallef.

F’ittra mibgħuta minn Kastilja, Robert Abela insista illi hu se jibqa’ jżomm mal-isem li ħareġ fil-pubbliku – qabel biss sar ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dan wara ftehim bejn Alex Borg u Robert Abela sabiex l-ismijiet li jqumu fil-laqgħat kunfidenzjali ma jiġux ippubblikati fil-pubbliku.

Madanakollu, fl-ittra ppubblikata, Abela saħanistra attakka b’mod partiġġjan, dan filwaqt li minkejja li rrijafferma d-disponibbiltà tiegħu għal aktar diskussjoni, huwa xorta waħda insista li l-Gvern se jibqa’ jressaq il-quddiem l-isem li jrid hu.