Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili javża li għada l-Ħadd l-1 ta’ Frar inħarġet twissija tat-temp ta’ livell medju (yellow weather warning).
Il-kundizzjonijiet tat-temp huma mistennija jaqilbu għall-agħar kmieni filgħodu tal-Ħadd, b’riħ li jissaħħaħ matul il-jum u li jista’ jilħaq Forza 7 u 8 f’ċerti ħinijiet. Huwa mistenni wkoll baħar qawwi.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex:
- Jeżerċita kawtela akbar, b’mod partikolari matul is-sigħat ta’ filgħodu u ta’ matul il-jum
- Ipoġġi b’mod sigur affarijiet li qegħdin fuq barra
- Jibqa’ attent għal bidliet fil-kundizzjonijiet tat-temp
- Isegwi l-istruzzjonijiet u l-avviżi uffiċjali maħruġa mill-awtoritajiet
- Iċempel 112 f’każ ta’ emerġenza.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa preparat għal kull assistenza u qed ikompli jsegwi s-sitwazzjoni mill-qrib f’koordinazzjoni ma’ servizzi oħra ta’ emerġenza.
Aktar aġġornamenti se jinħarġu jekk il-kundizzjonijiet jinbidlu.
Kulħadd hu mitlub isegwi l-miżuri ta’ prekawzjoni.
//= $special ?>

