Lokali Qorti

Azzjoni ta’ pulizija off-duty twassal għall-arrest ta’ raġel b’rabta mat-traffikar tad-droga

Il-ġimgħa, għall-ħabta tal-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, pulizija off-duty talab l-assistenza peress li kien lemaħ raġel li ssuspetta li kien qed jitraffika d-droga u kien qed isegwih fi Triq il-Kanun, Santa Venera.Ir-raġel ġie mwaqqaf mill-pulizija fi Triq is-Salib, il-Marsa u minn tfittxija li saret fil-vettura
nstabu ammont ta’ pirmli suspettati ecstasy, boroż b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis
u qratas b’sustanza suspettata kokaina, ponn tal-ħadid, xafra u oġġetti oħra relatati mat-traffikar tad-droga.Ir-raġel li għandu 20 sena u residenti l-Kalkara, qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq
il-Qorti illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech.