Sport Sport Ieħor

Carlos Alcaraz jikteb l-istorja u jirbaħ l-Open tal-Awstralja

Carlos Alcaraz għeleb lil Novak Djokovic fil-finali tal-Open tal-Awstralja biex sar l-iżgħar tennista li rnexxielu jagħmel Career Grand Slam, fejn jirbaħ il-Grand Slams kollha. Fl-eta’ ta’ 22 sena Alcaraz irnexxielu jagħmel dan filwaqt li waqqaf lil Djokovic milli jirbaħ il-25 Grand Slam tal-karriera tiegħu. Alcaraz għeleb lil Djokovic bi skor ta’ 2-6 6-2 6-3 7-5 f’Melbourne.

Minkejja d-diżappunt tiegħu, Djokovic feraħ lil Alcaraz għal dan is-suċċess filwaqt li stqarr li ma jafx jekk huwiex se jkollu opportunita’ oħra li jisfida lil Alcaraz f’finali oħra bħal din. Alcaraz b’hekk huwa d-disa’ persuna li reba’ l-erba’ Grand Slams, li jinkludu l-Open tal-Awstralja, Wimbledon, ir-Rolland Garros kif ukoll l-Open tal-Istati Uniti, u sar l-ewwel wieħed li għamel dan sa minn l-istess Djokovic, fl-2016.