Aktar kmieni llum waranofsinhar, iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni għas-Salvataġġ irċieva rapport li dgħajsa kienet inkaljat fil-parti tat-tramuntana ta’ Malta, b’raġel u kelb abbord.
Il-Melita II, tal-Forzi Armati ta’ Malta, wetqet b’suċċess l-operazzjoni ta’ salvataġġ u t-tnejn ġew mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti għal aktar assistenza.
Il-Forzi Armati ta’ Malta jħeġġu lill-pubbliku jagħti każ tal-avviżi dwar il-kundizzjonijiet tat-temp maħruġa mill-awtoritajiet sabiex jiġi evitat il-baħar meta jkunu fis-seħħ dawn it-twissijiet.
//= $special ?>

