F’għeluq is-60 anniversarju, mir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Santa Sede, is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, iċċelebra quddiesa bl-Ingliż flimkien mal-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, in-Nunzju Appostoliku Savio Hon Tai-Fai u l-isqfijiet emeriti, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta.
Għal din il-quddiesa, attendew il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Perici Calascione u x-Shadow Minister għall-Affarjiet Barranin, Beppe Fenech Adami.






